Fl-Iskola Guardian Angel hemm ir-riżorsi umani kollha meħtieġa, inkluż LSEs.
Dan intqal fi stqarrija mill-Ministeru għall-Edukazzjoni b’reazzjoni għal diversi mistoqsijiet u spekulazzjoni li saru fuq il-mezzi soċjali.
L-iskola għandha Kap tad-Dipartiment tal-Inklużjoni full-time biex jgħin lill-edukaturi fl-ippjanar u t-twassil tal-programm ta’ tagħlim, waqt li hemm ukoll imfassal programm individwali għal kull student.
Hawn ġie spjegat li l-ħidma tal-Ministeru hija waħda ħolistika li tħares tħares lejn il-bżonnijiet tal-oqsma kollha li jaqgħu taħt il-kappa tas-settur.
Fil-każ tal-Iskola Guardian Angel, f’Diċembru tal-2022 kien sar eżerċizzju ffukat fuq Leadership u Management. Kien sar ukoll kwestjonarju mal-partijiet kollha interessati, inkluż l-edukaturi u l-ġenituri. Dan ir-rispons ġie diskuss, evalwat u mfassal f’rapport komprensiv.
Biex ikompli jħares il-benesseri tal-edukaturi u l-istudenti, il-Ministeru ħa wkoll deċiżjoni li jinnomina Fact Finding Board, li biex iħares lejn is-sitwazzjoni attwali fl-iskola, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet u azzjonijiet biex tkompli tissaħħaħ il-ħidma li qed issir għall-istudenti li jattendu l-Iskola.