Minn nhar it-Tnejn li ġej, fl-Irlanda ta’ fuq koppji tal-istess sess jistgħu jirreġistraw sabiex jiżżewwġu. Dan ifisser li l-ewwel ċerimonji ħa jibdew isiru minn Frar li ġej.
Għal dawk il-koppji li huma ġa miżżewwġa, issa, ż-żwieġ tagħhom ser jiġi rikonoxxut legalment. Għaldaqstant, f’dan l-istadju, dak li huma ġa f’relazzjoni ċivili mhux ser jkunu jistgħu jaqilbu din l-għaqda għal waħda magħquda fiż-żwieġ.
Iktar tard din is-sena ser tkun għaddejja konsultazzjoni dwar dan u dwar l-irwol tal-knisja fejn jidħlu żwiġijiet bejn l-istess sess.
Kollox beda f’Lulju li għadda meta l-gvern Irlandiż ġie appoġġjat mill-membri tal-parlament rigward bidliet fejn jidħlu l-liġijiet rigward l-abort u li jiġġeddu l-liġijiet rigward żwieġ bejn koppji tal-istess sess fl-Irlanda ta’ fuq ukoll
Din ġiet deskritta bħala ġurnata storika u importanti għall-Irlanda ta’ fuq u ċ-ċittadini tagħha hekk kif il-komunita’ LGBT+ fl-Irlanda ta’ fuq kienet tħossha li qed tiġi trattata bħala ċittadini tat-tieni klassi. Għaldaqstant dan huwa meqjus bħala mument inkreddibblli għal dawn il-koppji li fl-aħħar jistgħu jiżżewwġu u r-relazzjoni tagħhom tiġi rikonoxxuta bħala waħda ugwali.