Seba’ persuni ġew ikkomfermati li tilfu ħajjithom kawża ta’ splużjoni li seħħet f’pompa tal-petrol f’Donegal, l-Irlanda.
Dan filwaqt li tmien persuni oħra qegħdin jiġu rikoverati wara li sofrew minn diversi ġrieħi.
L-isplużjoni seħħet il-Ġimgħa bil-ħaddiema tal-emerġenza wettqu operazzjoni intensiva ta’ salvataġġ minn bejn id-debris.
L-inċident kien deskritt bħala wieħed li ġab ġurnata sewda fuq il-villaġġ rurlai ta’ Donegal u l-Irlanda mill-Ewwel Ministru tal-Irlanda ta’ Fuq.