Il-Brittaniku Iranjan Alireza Akbari li kien ikkundannat għall-mewt fl-Iran, inqatel.
Dan skont il-midja tal-istat Iranjan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-familja ta’ Akbari kellhom l-opportunità sabiex jarawh għall-aħħar darba din il-ġimgħa stess fejn martu qalet li Akbari kien jinsab f’iżolament mill-kumplament tal-ħabs.
Akbari kien id-deputat Ministru għad-Difiża fl-Iran u ġie arrestat fl-elfejn u dsatax fuq akkużi ta’ spjunaġġ.
Hu kien ċaħad dawn l-akkużi li kien spjun għar-Renju Unit.