Minn tal-inqas għaxar xabbaturi fl-Iran tilfu ħajjithom fil-muntanji qrib Tehran wara maltemp qawwi li kkawża valanga.
Il-muntanja Alborz hi popolari ferm għal min iħobb l-avventura u fl-aħħar jiem ġie esperjenzat maltemp ikrah.
S’issa hemm minn tal-inqas għoxrin tim li salvaw madwar erbatax-il persuna iżda minn tal-inqas sebgħa għadhom irrappurtati nieqsa.