L-Uffiċju meteoroloġiku Ingliż ħareġ twissija biex in-nies jibqgħu ġewwa hekk kif maltemp qawwi qed jolqot l-Ingilterra bħalissa.
Fil-fatt, huwa maħsub li sa għada, il-forza tar-riħ titqawwa sa 100 kilometru fis-siegħa. Għalhekk, dan jista’ jipperikola ħajjet in-nies.
Madwar 14,000-il elf dar spiċċaw bla provvista tal-elettriku kawża ta’ dan il-maltemp, b’numru ta’ ħaddiema ħadmu qatih biex ireġġgħu s-servizz lil dawk milquta’.
S’issa l-provvista reġgħet lura f’10,000, madanakollu għadu mhux magħruf meta l-kumplament se jkollhom l-elettriku lura f’darhom.