L-Awtoritajiet tas-Saħħa fir-Renju Unit ser jibdew jippruvaw demm ta’ min fieq mill-Covid-19 sabiex jitrattaw pazjenti li laqqtu din l-imxija.
Qed ikun maħsub li d-difiża għall-virus li jkun inħoloq fid-demm tal-bniedem rikoverat, jista’ jkun biżejjed biex jgħin persuni li għadhom pożittivi għall-virus.
Fil-fatt il-bank tad-demm Ingliż l-NHS Blood and Transplant, qed jitlob persuni li fiequ mill-virus sabiex jagħtu d-demm ħalli jkun ittestjat klinikament.
Fl-Istati Uniti tnieda programm sabiex tiġi studjata din l-alternattiva għall-vaċċin li sa’ issa għadu mhux disponibbli fis-suq.