Ħsara teknika fl-apparat li joħroġ ir-riżultat tal-Covid-19 fl-Ingilterra wasslet sabiex ma jiġux irrapportati mal-kważi 16-il elf każ tal-Coronavirus fl-Ingilterra. Dan wassal sabiex ittardja l-isforzi biex isir l-intraċċar tan-nies li ttestjaw fil-pożittiv għall-virus.
Id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika fl-Ingilterra qal li 15,841 każ bejn il-25 ta’ Settembru u t-2 ta’ Ottubru tħallew barra miċ-ċifri tal-każijiet li jiġu rrapportati ta’ kuljum fir-Renju Unit. Iżda, dawn il-każijiet ġew irrapportati maċ-ċifri tas-Sibt u l-Ħadd li għadda.
Intant, il-Kap tat-taskforce tal-vaċċin kontra l-virus qalet illi inqas minn nofs il-popolazzjoni Ingliża tista’ tiġi mlaqqma għall-Coronavirus, dawk eleġibbli għat-tilqima se jkunu persuni ‘l fuq minn 50 sena, ħaddiema tas-saħħa, ħaddiema li jieħdu ħsieb lill-anzjani u nies vulnerabbli.