Minn tal-anqas 18-il persuna mietu, wara li żviluppaw nirien f’impjant tal-kimika li jinsab fiż-żona ta’ barra, tan-naħa tal-Punent tal-belt Indjana Pune.
Qed ikun irrappurtat li 37 ħaddiema nqabdu ġol-binja, kawża ta’ dawn in-nirien.
Il-pumpiera kellhom ikissru xi ħitan biex isalvaw in-nies. Għadu mhux magħruf xi kkawża dawn in-nirien.
Din il-fabbrika hija tal-kumpanija SV Aqua Technologies u tipproduċi kimiċi li jintużaw biex ikun trattat l-ilma.