Minn tal-inqas 14-il persuna mietu filwaqt li 150 oħra jinsabu nieqsa wara li biċċa silġ kbira fil-Himalaya tqaċċtet u waqgħet ġo xmara li kkawżat għargħar enormi fit-Tramuntana tal-Indja.
L-għargħar saħansitra kisser parti mill-impjant li jiġġenera l-elettriku mill-ilma. Huwa maħsub li ħafna minn dawk li bħalissa jinsabu neqsin huma ħaddiema tal-istess impjant.
Mijiet ta’ truppi militari ntbagħtu fiż-żona milquta biex jgħinu fl-isforzi għas-salvataġġ, filwaqt li l-uffiċjali qalu li s’issa diġà ġew salvati 25 persuna.