Uffiċjal tal-Gvern fl-Indja ġie sospiż wara li waqqa’ l-mowbajl tiegħu ġo ġibjun massiv tal-ilma u ta ordni sabiex jitneħħa l-ilma kollu sabiex isib il-mowbajl.
L-uffiċjal waqqa’ l-mowbajl tiegħu waqt li kien qed jieħu selfie. Kawża ta’ dan, miljuni ta’ litri ġew ippumpjati barra mill-ġibjun: Operazzjoni li ħadet madwar tlett ijiem.
Filwaqt li l-mowbajl instab, dan kien laħaq sofra wisq ħsara sabiex jiffunzjona.
L-uffiċjal tal-Gvern, li ġie akkużat b’abbuż ta’ poter, allega li l-mowbajl, li kien jiswa’ madwar elf u mitejn dollaru, kellu informazzjoni sensittiva u kien għalhekk li ta l-ordni tat-tfittxija.