Nies fl-istat Indjan tal-Bengal qed jivvotaw fl-aħħar fażi tal-elezzjoni, dan minkejja li n-numru ta’ infezzjonijiet tal-Covid-19 għadhom qed jiżdiedu.
Serbut twil ta’ nies dehru quddiem il-postijiet tal-votazzjoni u għalhekk tqajjem aktar tħassib dwar it-tixrid tal-imxija f’nofs sitwazzjoni li qed tħalli diversi fatalitajiet.
L-esperti qed jibżgħu li Bengal jista’ jkun wieħed mill-aktar postijiet li fih se jkun hemm firxa tal-Covid-19, minħabba li baqgħet għaddejja l-kampanja elettorali.
Fil-jum tal-Erbgħa dan l-istat irreġistra 17,000 każ, l-ogħla rata li qatt irreġistra Bengal s’issa.