Ġie rraportat l-ewwel każijiet tal-Coronavirus f’Kerala fejn testijiet fuq fejn rriżulta pożittiv.
Il-gvern Indjan fi stqarrija qalet li l-vittmi jinsabu stabbli u qed jinżammu f’kamra iżolata fl-isptar stess. Minn għoxrin kampjuni li ntbagħtu, għaxra rriżultaw negattiv.
Filwaqt li mis-sitta li baqgħu pendenti, il-kampjun ta’ din il-mara rriżulta pożittiv.
L-Indja huwa it-tieni l-aktar pajjiż fid-dinja b’popolazzjoni kbira wara ċ-Ċina. Il-Ġvern Indjan qed jieħu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jassigura li dawk kollha li jaslu miċ-Ċina jirraportaw mal-awtoritajiet tas-Saħħa tal-pajjiż.
B’kollox kien hemm total ta’ 806 persuna li riċentament irritornaw miċ-Ċina u jinsabu taħt osservazzjoni f’Kerala. Sa issa ġew rraportati minn tal-inqas f’16 -il pajjiż, b’105 każ kkonfermat u l-ebda mewt ma seħħ barra miċ-Ċina.