Il-lockdown fl-Indja ġiet estiża b’xahar ieħor sat-tlieta ta’ Mejju bil-għan li l-pajjiż ikompli jnaqqas it-tixrid tal-virus Coronavirus. Il-Prim Minsitru Neranda Modi kkonferma dan it-Tlieta, il-jum li fih kellu jintemm il-lockdown oriġinarjament. Il-pajjiż ilu taħt din ir-restrizzjoni mill-25 ta’ Marzu. F’dan il-pajjiż ġew ikkonfermati ftit anqas minn disat elef każ ta’ Coronavirus, bin-numru ta’ mwiet ilaħħaw it-339.
Fl-Awstrija reġgħu bdew jinfetħu xi ħwienet mhux meqjusa essenzjali, iżda b’restirzzjonijiet. L-Italja, fejn il-pandemija ħasdet il-ħajja ta’ aktar minn 20,000 persuna, wkoll adottat din il-miżura, ħlief xi reġjuni fit-Tramuntana li kienu fost l-agħar żoni milquta mill-pandemija.
Fl-Istati Uniti l-President Donald Trump qed jiġi kkritikat minħabba li f’konferenza tal-aħbarijiet taħraq fl-aħħar sigħat qal li hu biss fħandu l-poter ineħħi l-lockdown totali mill-pajjiż. Dikjarazzjoni li tmur kontra l-pariri tal-gvernaturi u l-esperti legali tiegħu. F’dan il-pajjiż ġew ikkonfermati aktar minn 554,000 każ ta’ Coronavirus, b’aktar minn 23,000 persuna jmutu kawża tal-marda.
Intant il-Fond Monterarju Internazzjonali ħabbar li l-ekonomija globali se tonqos bi tlieta fil-mija din is-sena, tant li żied jiddeskrivi l-impatt ekonomiku tal-pandemija bħala l-agħar mill-kriżi ekonomika tat-tletinijiet.
L-ekonomisti tal-IMF filfatt qalu li l-kiriż Coronavirus kapaċi tqaċċat mad-disa’ triljun dollaru mill-Prodott Domestiku Gross internazzjonali tul is-sentejn li ġejjin.