Atiq Ahmed, eks politiku Indjan li nstab ħati ta’ ħtif inqatel b’żewġ tiri f’rasu flimkien ma’ ħuh waqt li kien qed jiġi mistoqsi mill-ġurnalisti b’mod dirett fuq it-televiżjoni.
Ahmed kien taħt il-protezzjoni tal-pulizija meta seħħ l-inċident u wara li ġew sparati t-tiri ġew arrestati tliet irġiel li bdew jippużaw ta’ ġurnalisti.
Ftit jiem qabel it-tifel ta’ Atiq Ahmed kien inqatel ukoll mill-pulizija.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri lilu u lil ħuh immanettjati u jitkellmu mal-ġurnalisti ftit sekondi qabel ma ġew sparati t-tiri. Ahmed beda jiġi mistoqsi jekk attendiex għall-funeral ta’ ibnu.
Il-pulizija qalet li s-suspettati f’dan il-każ waslu fuq il-post bil-muturi. Intqal ukoll kif waqt l-aggressjoni ġew feruti pulizija u ġurnalist.
Atiq Ahmed kien Membru Parlamentari fejn fi Frar li għadda ġie arrestat u tressaq il-Qorti flimkien ma’ ħuh li ħatfu u qatlu xhud ewlieni f’każ ta’ qtil ieħor.