Minn tal-inqas 13-il persuna mietu wara li waqgħu ġo bir waqt ċerimonja taż-żwieġ fl-Indja.
Il-Pulizija qalet li l-vittmi, li huma nisa u tfal, kienu bilqiegħda fuq pjanċa li kienet qed tgħatti l-bokka tal-bir, iżda ċediet minħabba l-piż tal-vittmi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Apparti l-fatalitajiet kien hemm żewġ persuni oħra li ndarbu fl-inċident li seħħ ilbieraħ filgħaxija. Il-Prim Ministru Indjan sejjaħ dan il-każ bħala wieħed ta’ qsim ta’ qalb.