Il-qarnita li qed nitkellmu dwarha mhix tad-demm u l-laħam, imma swiet madwar $200 miljun biex tinbena.
Qed nirreferu għall-jott “Octopus” ta’ wieħed mill-imħuħ wara Microsoft, Paul Allen. Jott li fuqu hemm pixxina, żewġ ħelikopters, sala taċ-ċinema, zona fejn tilgħab il-basketball, recording studio u akkomodazzjoni għal 26 ruh f’41 kamra differenti. Fir-recording studio ħadmu artisti kbar bħal Mick Jagger.
Il-jott intlemħet fil-bajja tal-Mellieħa.
Din hija l-jott hi u tinbena minn ditta Ġermaniża.
Skont in-New York Social Diary, biex Octopus topera, tiswa madwar $384,000 fil-ġimgħa. Jiġifieri $20 miljun fis-sena. Fost l-ispejjeż hemm l-impjieg ta’ 60 persuna full-time. Boat International jgħidu li Octopus kienet l-ikbar jott fid-dinja meta nbniet fl-2003. Illum hemm biss tnejn ikbar minnha.
Peress li fuq il-jott hemm kaptani, inġiniera, baħħara, koki, u nies li jservu l-ikel u jilqgħu lin-nies, hemm 28 kabina dedikati biss għall-ħaddiema.
Dgħajsa li tintuża biex twassal lill-mistiedna minn post għall-ieħor fiha 63 pied – diġa’ daqs kbir minnha nfisha! Din semmewha ‘Man-of-War’.
Abbord l-Octopus hemm żewġ sottomarini. Wieħed minnhom jakkomoda għaxar persuni u jista’ jinżel taħt l-ilma għal tmien sigħat.
Sottomarin ieħor jinżel ta’ 8,843 pied u ntuża minn Google Earth għal proġett bl-isem “Explore the Ocean”. F’Marzu li għadda, sid il-jott ħabbar li permezz ta’ wieħed mis-sottomarini, sabu bastiment Ġappuniż tal-gwerra mit-Tieni Gwerra Dinjija.
Din hija l-pixxina bil-qiegħ tal-ħġieġ.
Huma ħafna l-ismijiet kbar li tellgħu spettakli fuq il-jott, fosthom Usher, Dave Stewart, U2 u Johnny Cash.
Is-sena li għaddiet telgħu abbord nies bħal Sharon Stone, Adrian Grenier, l-attriċi Russa Svetlana Metkina u l-mudella Natasha Poly.
Minn jaf liema ismijiet Maltin se jitilgħu fuq il-qarnita!
Dan hu ritratt ta’ Jonathan Shaw li ra l-jott hawn Malta. Ir-ritratti l-oħra huma mill-Business Insider.