Bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena, kien hemm 88,196 persuna li siefru minn Malta.
Skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, l-NSO, meta wieħed iqabbel ir-rata tal-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet, id-differenza hawnhekk hija ta’ 69,479 persuna li siefru barra minn Malta.
L-aktar mezz li siefru bih nies f’dan il-perjodu kien l-ajru, b’82,328 persuna. 5,868 persuna siefru bil-baħar.
Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, l-aktar destinazzjonijiet li marru fihom il-Maltin kienu l-Italja, fejn marru kważi tnejn u tletin elf u erba’ mitt ruħ. Wara l-Italja, id-destinazzjonijiet l-aktar popolari kienu r-Renju Unit u Spanja.
42,035 persuna marru fuq btala u 28,498 persuna siefru biex jaraw lill-qraba u l-ħbieb.