Bejn il-Milied u l-ewwel tas-sena twieldu 69 tarbija.
Fil-fatt, skont informazzjoni li kiseb dan l-istazzjon, l-aktar li twieldu trabi kien fis-26, is-27, u t-28 ta’ Diċembru, b’għaxart itrabi twieldu kuljum f’dawn it-tlett ijiem.
Imbagħad isegwu id-29 u t-30 ta’ Diċembru meta twieldu disat itrabi f’dawn iż-żewġ dati rispettivi.
Kien fil-Milied u fl-aħħar tas-sena li twieldu sebat itrabi, fejn fil-Milied twieldu erbat ibniet u tlett subien.
L-ewwel ġurnata tas-sena l-ġdida, imbagħad, rat it-twelid ta’ sebat itrabi, tlett ibniet, bi tnejn minnhom ikunu tewmin u erba’ subien.
Dawn tal-aħħar huma l-ewwel trabi Maltin li jagħmlu parti minn ġenerazzjoni ġdida, dik imsejħa bħala ġenerazzjoni beta li mistennija tibqa’ għaddejja sal-2039. Din il-ġenerazzjoni qed issegwi ġenerazzjoni alpha li bdiet fl-2010 u ntemmet mat-tokki tas-sena l-ġdida.