Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-Bank of Valletta għamel profitt qabel it-taxxa ta’ kważi sitta u għoxrin miljun ewro.
Din hija żieda ta’ aktar minn tnax-il miljun ewro meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra.
Dan ħareġ mir-rendikont tal-BOV b’rabta mal-ewwel nofs ta’ din is-sena.
Il-Kap Eżekuttiv tal-BOV Rick Hunkin tenna dak li qal ftit tal-ġimgħat ilu u spjega li bħalissa mhux jara li jkun hemm impatti b’rabta mad-deċiżjoni tal-FATF dwar Malta.
Dan anki għax il-bank u dawk li jaħdmu miegħu kienu preparati għal din l-eventwalità.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Hunkin kompla jispjega li l-bank innota kif l-użu taċ-ċekkijiet naqas u żdiedet l-attività tat-tranżazzjonijiet online u dawk b’mezzi diġitali oħra.