Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni GO żiedet id-dħul tagħha b’żewġ miljun u tliet mitt elf ewro fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena meta mqabbel mal-ewwel nofs tas-sena l-oħra.
Id-dħul tal-grupp GO laħħaq kważi l-erbgħa u disgħin miljun ewro bejn Jannar u Ġunju li għadda.
Iċ-Chairman ta’ GO Samir Saied qal li ċ-ċifri maħruġa llum jikkonfermaw l-impenn ta’ GO li jkompli jwassal Malta diġitali fejn ħadd ma jitħalla lura.
Fi stqarrija GO qalet li fl-ewwel nofs din is-sena kompliet taħdem fuq il-vjaġġ ta’ diġitaliżżazzjoni u kompliet twettaq il-proġett nazzjonali ta’ True Fibre.