Fl-ewwel jum tal-kampanja elettorali Bernard Grech kompla jikkampanja b’iżjed diskors diviżiv.
Waqt rally li ġie organizzat ta’ malajr quddiem id-Dar Ċentrali Bernard Grech li fih wera li mhux preparat u qiegħed bla proposti, Bernard Grech kien negattiv u aggressiv.
Qal, “Kisser Malta”
F’diskors qasir nieqes mill-viżjoni Bernard Grech kompla jsostni l-politika ta’ firda b’attakki insensati.
Qal, “Dawn huma fabbrika tal-gideb. Dawn arma waħda biss baqgħalhom. Il-gideb.”
Fl-ewwel sigħat tal-kampanja elettorali, il-Partit Nazzjonalista deher iżjed iffukat jara kif ser jiġbor il-flus milli kif ser jagħti proposti u jsostni lill-familji Maltin u Għawdxin.
Qal, “Inħeġġiġkom iġbru flimkien mal-familji tagħkom, flimkien mal-ħbieb tagħkom, ħames mitt euro. U allura tkunu tajtu sehem dirett biex inkunu għamilna din il-kampanja.”
Kelliema oħra fil-mass rally Nazzjonalista quddiem l-istamperija qalet li Malta jixirqilha lil Bernard Grech Prim Ministru.
Qalet, “Malta jistħoqilha Prim Ministru bħal Bernard Grech. Malta jixirqilha lil Bernard Grech.”
Bħal Bernard Grech għamlet diskors negattiv u diviżiv minn partit ankrat fil-passat.
Qalet, “Ser nuruhom li magħna ma jiċċajtawx. Iż-żmien fejn ngħidu lil Gvern Laburista your time is up.”