Sas-sitta tal-lejla kienu nġabru 62,000 kontenitur tax-xorb li ġew riċiklati fir-‘reverse vending machines’ u għalihom inħarġu 9,850 vawċer.
Din l-informazzjoni tatha lil ONE News il-kumpanija BCRS Malta, hekk kif qed jersaq lejn tmiemu l-ewwel jum minn mindu daħlet fis-seħħ l-iskema ta’ rifużjoni ta’ għaxar ċenteżmi meta l-kontenituri tax-xorb jiġu riċiklati f’dawn ir-‘reverse vending machines’.
Il-Kap Eżekuttiv tal-BCRS, l-Inġinier Edward Chetcuti, ikkummenta li dan kien bidu tajjeb għal din l-iskema l-ġdida. Huwa qal ukoll li qed jistmaw stmat li sa għada filgħodu se jkunu ntlaħqu l-100,000 kontenitur tax-xorb.