Attent kif, fi xħin u fejn tarmi ż-żibel. Illum il-ġurnata, bis-sistema CCTV, tinqabad.
Il-Viċi Sindku ta’ Ħal Qormi Bjorn Azzopardi kiteb hekk fuq Facebook: “Il-cameras jibdew jagħtu l-frott tagħhom. Bdejna nistabilixxu min, x’ħin u kif qed jintrema l-iskart f’din il-kantuniera partikolari”.
Ir-ritratti meħuda minn filmat li Azzopardi tella’ fuq Facebook juru persuna li mxiet tul it-triq biż-żibel biex xeħtitu fir-rokna mesmmija.
Mhux talli hekk, talli fi kliem il-Viċi Sindku: “qas temmen li hawn min imur dawra bil-karozza fit-3am biex jarmi borża skart f’kantuniera partikolari! Bħal dawn il-filmati diġa’ hemm oħrajn l-għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi.”