Il-Gvern tal-Ekwador ornda biex il-pubbliku ma jersaqx lejn binjiet tal-Gvern wara ċertu ħin tal-ġurnata. Dan wara li dimostranti u forzi tas-sigurtà ġew fl-idejn barra l-Parlament tal-pajjiż, tant li kellu jintuża l-gass tad-dmugħ biex tkun ikkontrollata s-sitwazzjoni.
Il-President Lenin Moreno ddikjara Stat ta’ Emerġenza fil-pajjiż il-ġimgħa li għaddiet iżda falla milli jtemm il-protesti li bħalissa qed isiru il-pajjiż biex jerġa’ jkun introdott sussidju fuq il-fjuwil fost l-oħrajn. Il-prezz tal-fjuwil fl-Ekwador ra żieda ta’ mija fil-mija mill-Ħamis s’issa wara li l-Gvern neħħa s-sussidju li l-klijenti kienu mdorrija jieħdu fuqu.
Fl-aħħar jiem il-Gvern mexxa l-laqgħat tiegħu ‘l barra mill-Kapitali tal-pajjiż biex ma jkunx f’periklu minħabba l-protesti li qed isiru.
Ritratt: Reuters