Nhar it-Tnejn li ġej l-Awstrija se tidħol f’lockdown ta’ għaxart ijiem u l-popolazzjoni kollha trid tieħu t-tilqima sal-bidu ta’ Frar li ġej.
Dan tħabbar mill-Kanċillier Awstrijak Alexander Schallenberg u qal li qed jieħu dawn il-miżuri hekk l-Awstrija għandha fost l-inqas rati ta’ nies imlaqqma fil-Punent tal-Ewropa.
Il-Kanċillier qal li l-Awstrija ma tridx tgħaddi mill-ħames mewġa tal-pandemija.
Din l-aħbar ħarġet ftit tal-jiem wara li kien impost lockdown fuq dawk li mhumiex imlaqqma.