Is-sitwazzjoni tal-cruiseliner Ruby Princess li trakka fil-port f’Sydney l-Awstralja kompliet tiżviluppa.
Dan hekk kif mid-19 ta’ Marzu ġew ikkonfermati li fuqu hemm 600 każ u 15 mejta. Dan il-vapur hemm fuqu l-ikbar ammont ta’ infezzjonijiet f’post wieħed fl-Awstralja.
Intant il-pulizija tal-lokal skattaw bl-investigazzjonijiet tagħhom rigward kif madwar 2,700 passiġġieri li huma morda tħallew jinżlu.
Aktar minn 1,000 membru tal-ekwipaġġ jinsab abbord b’200 minnhom qed juru s-sintomi tal-COVID-19 u 18 minnhom rriżultaw għal pożittiv.