Wara ħafna stennija, f’diversi partijiet tal-Awstralja għamlet ix-xita u t-temperaturi bdew jonqsu.
Minkejja dan, l-awtoritajiet fil-pajjiż qed iwissu li n-nirien fil-foresti jistgħu jerġgħu jibdew u jkunu aktar qalila.
L-isforzi mill-awtoritajiet issuktaw biex tingħata l-għajnuna lill-eluf ta’ persuni li kienu kostretti jħallu djarhom minħabba n-nirien.
It-tmiem il-ġimgħa li għadda ra fost l-agħar ġranet minn kemm ilha li bdiet din il-kriżi, b’mijiet ta’ djar oħra jinqerdu għalkollox.
Ritratt: Reuters