Fl-Awstralja pedoflu li ammetta li ried jinfetta xi tfal bl-HIV, jista’ jkollu s-sentenza tiegħu mnaqqsa bi kważi bin-nofs.
Jadd Brooker ammetta li wettaq seba’ każijiet differenti ta’ pedofelija minn erbgħa u erbgħin każijiet t’abbuż sesswali li kien mixli bihom.
Huwa qed ikun akkużat ukoll li hu jifforma parti minn għaqda globali tal-pedofelija.
B’tibdil fil-liġi, min jammetti mal-Pulizija fi stadju bikri jkollu s-sentenza tiegħu mnaqqsa drastikament.
Persuna oħra mixlija b’pedofelija ngħata sentenza ta’ anqas minn sentejn ħabs wara li ammetta li stupra tfajla ta’ 13-il sena.