Andrew Laming Deputat tal-Gvern Awstraljan ġie ordnat mill-Prim Ministru Scott Morrison sabiex jiskuża ruħu fil-parlament għall-imġieba mhux xierqa tiegħu, fil-konfront ta’ żewġ nisa. Laming ta’ 56 sena qed jiġi akkużat li ripetutament ta fastidju lil żewġ nisa fuq mezzi online.
Waħda minn nisa saħansitra qed tallega li l-fastidju wassalha għall-ħsibijiet li twettaq suwiċidju.