S’issa, fl-Awstralja kien hemm madwar 18,000 persuna kellhom jevakwaw minn djarhom minħabba l-għargħar li qed jaħkem New South Wales. Dan hekk kif ix-xita qawwija kompliet tippersisti u issa qed żżid fl-inħawi tal-kosta tal-Lvant.
Tul dawn l-aħħar jiem kien hemm għargħar f’diversi xmajjar madwar Sydney kawża tax-xita.
Intant il-Prim Ministru Awstraljan qal li hemm fond ta’ għajnuna għal dawk li kienu kostretti jħallu djarhom.
S’issa s-servizzi tal-emerġenza wettqu minn tal-inqas 500 operazzjoni ta’ salvataġġ, fosthom biex jgħinu persuni maqbuda f’karozzi jew fi djarhom li jinsabu mgħarrqa.
Intant, bosta bdiewa ppruvaw isalvaw l-annimali fosthom baqar li spiċċaw inġarrew mal-kurrent fix-xmajjar.
Huma mifhmum illi madwar terz tad-djar residenzjali fl-Awstralja ġew affettwati b’dan l-għargħar.