L-Awstralja waqqfet b’mod temporanju l-pjanijiet sabiex jinfetħu l-fruntieri għall-viżitaturi.
Dan kawża tas-sitwazzjoni tal-varjant il-ġdid Omicron.
L-istudenti internazzjonali u ħaddiema oħra setgħu jidħlu fl-Awstralja mill-Erbgħa li ġej, iżda din id-data ġiet posposta għall-ħmistax ta’ Diċembru li ġej.
B’din id-deċiżjoni ġew affettwati mitejn elf persuna.
Intant, ir-Renju Unit irreġistrat sitt każijiet oħra tal-varjant Omicron, biex b’hekk issa t-total tela’ għal disgħa.
Illum, ir-Renju Unit mistenni jagħti l-approvazzjoni sabiex l-adulti kollha fil-pajjiż jieħdu d-doża addizzjonali tal-Covid-19.
Fl-Ingilterra l-ilbies tal-maskri reġgħu ġew obbligatorji fil-ħwienet u trasport pubbliku fil-jum tat-Tlieta.
Intant, il-Ministri għas-Saħħa tal-pajjiżi tal-G7 mistennija jiltaqgħu sabiex jiddiskutu s-sitwazzjoni tal-Omicron.