Bosta bliet fl-Awstralja qed jaraw protesti mill-pubbliku wara l-Gvern impona bosta restrizzjonijiet sabiex jikkontrolla l-imxija u r-rata għola ta’ każijiet pożżittivi tal-Covid-19.
Eluf inġabru f’Sydney, f’Melbourne u Brisbane, bl-għajta “eħilsuna”. Il-Pulizija Awstraljana qalet li sa issa f’dawn il-protesti arrestati 57 persuna.
Matul din il-ġimgħa l-Gvern Awstraljan reġa’ daħħal il-miżura ta’ lockdown, hekk kif il-varjant Delta ħalla bosta sfidi fuq il-pajjiż.
Fl-Awstralja r-rata ta’ vaċċinazzjoni hija ferm baxxa, hekk kif 14% tal-populazzjoni biss huma mlaqqma.
Ritratt: EPA