Fl-Awstralja, qed jitqassmu u jitwaddbu diversi ħxejjex mill-ajru sabiex jitimgħu l-annimali li qed imutu bil-ġuħ kawża tan-nirien li qed jolqtu lil dan il-pajjiż.
Qed jiġi kkalkulat li n-nirien qerdu madwar biljun animal fosthom: kangaroos, koalas u wallabies.
Teżisti l-possibbiltà li l-ammont ta’ annimali li mietu jkompli jiżdied minħabba l-ambjent li jgħixu fih diversi ettari nqered għalkollox.