Eluf ta’ persuni ħarġu jipprotestaw madwar l-Awstralja b’turija ta’ solidarjetà mal-moviment Black Lives Matter.
Bosta attivitajiet tal-massa ttellgħu madwar il-pajjiż minkejja t-twissijiet li nħarġu mill-uffiċjali b’rabta mal-Covid-19.
Il-protesti ttellgħu b’rabta mal-mewt ta’ George Floyd, li tilef ħajtu waqt li kien fil-kustadja tal-Pulizija iżda saħansitra qed jimmarkaw it-trattament ħażin ta’ persuni aboriġini.
Il-protesti saru kemm fi Brisbane, Melbourne, Hobart, Adelaide u bosta postijiet oħrajn.