Koppja li tgħix fl-Istati Uniti ħadet azzjoni legali kontra d-dipartiment tas-saħħa pubblika wara li ma tħallewx li isem it-tifla tagħhom jinkludi ‘Allah’. Id-dipartiment irrifjuta li joħroġ iċ-ċertifikat ta’ twelid taċ-ċkejkna.
Elizabeth Handy u Bilal Walk saħqu li huwa inaċċettabli li t-tifla tagħhom; ZalyKha Graceful Lorraina Allah tħalliet mingħajr isem uffiċjali.
Iżda l-uffiċjali saħqu li l-kuljom tat-tifla għandu jkun Handy, Walk jew it-tnejn u mhux Allah.
Allah hija l-kelma użata bl-Għarbi għal Alla.
L-Unjoni tal-libertajiet ċivili fl-Istati Uniti ressqet il-każ il-Qorti f’isem il-familja. Il-missier stqarr li d-deċiżjoni tad-Dipartiment tmur kontra d-drittijiet tagħhom.
L-avukati tad-Dipartiment wieġbu li l-kuljom tat-tarbija għandu jkun tal-omm jew tal-missier fiċ-ċertifikat tat-twelid.