L-Amministrazzjoni tal-Ikel u l-Mediċina fl-Istati Uniti awtorizzat l-użu tal-mediċina li titratta l-Ebol għal trattamenti tal-coronavirus f’każ ta’ emerġenza.
Dan ifisser li din il-mediċina tista’ tintuża fuq persuni li jkunu rikoverati l-isptar b’sintomi sever tal-COVID-19.
Studju kliniku li sar riċenti wera li l-mediċina naqqset iż-żmien ta’ rkupru għall-pazjenti li kienu morda bil-virus.
Minkejja dan, l-esperti qalu illi din il-mediċina ma għandhiex titqies bħala s-soluzzjoni.