Prosekuturi Amerikani akkużaw lill-ġenituri tas-suspettat ewlieni li bħalissa huwa mixli bl-isparatura fi skola fl-istat ta’ Michigan li fiha mietu diversi studenti.
Il-ġenituri qed jiġu mixlija b’omiċidju involontarju talli injoraw sinjali li setgħu kienu ta’ twissija qabel binhom allegatament għamel dan ir-reat.
L-Awtorijiet bħalissa għaddejjin bi tfittxijiet għall-ġenituri hekk kif l-avukati tagħhom ma setgħux jagħmlu kuntatt magħhom.
Saħansitra qegħdin jiġu offruti $10,000 għal informazzjoni li tista’ twassal għall-arrest tal-ġenituri.
Is-suspettat li għad għandu biss ħmistax -il sena jismu Ethan Crumbley u apparentament għamel użu mill-pistola ta’ missieru biex spara fuq sħabu tal-klassi.
Ethan qed jiġi mixli daqslikieku kien adult u saħansitra qed jaffaċċja akkużi ta’ terroriżmu fost oħrajn.