Il-kandidat għall-elezzjoni Presidenzjali tal-Amerika Pete Buttigieg magħruf bħala Mayor Pete ħabbar li ser jwaqqaf il-kampanja tiegħu.
Pete Buttigieg ta’ 38 sena huwa ta’ dixxendenza Maltija u kien l-ewwel kandidat li kien jitkellem fil-pubbliku b’kunfidenza dwar l-orjentazzjoni sesswali tiegħu.
Minkejja li beda nota pożittiva f’dawn l-aħħar ġimgħat l-kampanja tiegħu tilfet l-pass tagħha. Id-deċiżjoni tiegħu ġiet ftit qabel is-Super Tuesday fejn mal-14-il stat kienu ser jivvutaw.
Intant t-tluq ta’ Buttigieg issa jħalli biss 6 demokratiċi jiġġieldu għal posthom.