Fl-Amerka, omm ta’ 27 sena welldet waqt li kienet f’koma medika minħabba l-Coronavirus. L-omm kienet ittiħdet f’kura intensiva meta hi kellha 33 ġimgħa tqala.
Il-kundizzjoni ta’ Angela Primachenko, li hija ħaddiema tas-saħħa, marret għall-agħar u għalhekk it-tobba ddeċidew li jpoġġuha f’koma biex imbagħad għenuha twelled sakemm hi kienet taħt il-kura.
It-tarbija, tifla bl-isem Ava, ittestjat fin-negattiv għall-Coronavirus, madanakollu it-tarbija qed tinżamm b’mod temporanju ‘l bogħod minn ommha.
Primachenko ħarġet mill-isptar wara li għamlet 10 ijiem intubata. Oħtha għamlet ġabra li permezz tagħha rnexxilha tiġbor $50,000.