L-attriċi ta’ fama mondjali Sharon Stone qasmet l-istorja ta’ oħtha u r-raġel tagħha li bħalissa jinsabu rikorevati fi sptar kawża tal-Covid-19 fl-istat ta’ Montana fl-Istati Uniti.
Stone spjegat kif f’dan l-istat jekk ma jkollokx sintomi ta’ Covid-19, ma tistax tiġi ttestjat minkejja l-fatt li tista’ tkun infettat u ma jkollokx sintomi.
Dan filwaqt li jekk xi ħadd jirnexxielu jagħmel t-test, ikollhom jistennew medja ta’ ħamest ijiem biex jirċievu r-riżultati.
Stone saħqet li hemm nuqqas ta’ contact tracing hekk kif omm Stone li għandha problemi ta’ saħħa, kellha kuntatt ma’ bintha li hija infettata bil-Coronavirus u ma setgħetx tiġi ttestjata.
B’dieqa Stone stqarret li l-infermiera li qed jieħdu ħsieb lill-oħtha u r-raġel tagħha ma jistgħux jiġu ttestjati għall-Covid-19 għaliex hemm nuqqas ta’ ttestjar.
L-attriċi stqarret li l-gvernatur tal-istat ta’ Montana u d-dipartiment tas-Saħħa tal-istess stat mhumiex qed iwieġbu t-telefonati li ta’ kuljum qiegħda tagħmlilhom.
Bi dmugħ f’għajnejha, Stone qalet kif in-nanna tagħha kif ukoll il-parrina tagħha mietu kawża tal-Covid-19 filwaqt li oħtha u r-raġel tagħha qed jiġġieldu għal ħajjithom.