Żewġ uffiċjali tal-Pulizija li huma koppja miżżewġa, irnexxielhom jarrestaw ħalliel li daħal jisraq f’ristorant li jinsab F’Louisville Kentucky fl-Amerka.
Huwa daħal mgħammad u armat. Hu mar fuq il-kaxxiera u talabha l-flus.
Il-koppja li f’dak il-ħin ma kinux xogħol, qamu minn fejn kienu u mmiraw l-armi tagħhom fid-direzzjoni tal-ħalliel. Huwa rnexxielu jaħrab minn fuq il-post.
Iżda nqabad u ġie arrestat mill-koppja.