Il-kandidat Demokratiku Julian Castro ħabbar li qed jirtira mit-tellieqa tal-elezzjoni Presidenzjali fl-Amerka. Huwa qal li sempliċiment bħalissa ma jaħsibx li huwa ż-żmien tiegħu.
Il-waqfa ta’ Castro tfisser li issa hemm 14-il kandidat mill-kamp Demokratiku hekk kif it-tellieqa għan-nomina se tibda x-xahar id-dieħel.