Jinħelsu erba’ persuni li nżammu ostaġġi f’sinagoga f’Dallas Texas. Dan wara operazzjoni delikata mill-pulizija li ħadet madwar 10 sigħat.
Il-persuni nżammu ostaġġi waqt li huma kien qed jattendu għal servizz reliġjuż is-Sibt filgħodu. Il-każ beda f’nofsinhar ħin lokali.
Kienu l-FBI li nnegozzjaw mal-aggressur sabiex jinħelsu l-ostaġġi.
Uffiċjali qalu li l-aggressur beda jitlob li jinħeles mill-ħabs Aafia Siddiqui, Pakistan li kien instab ħati li pprova joqtol suldati Amerikani fl-Afganistan.
Qabel ma nħelsu l-ostaġġi, instemgħu numru ta’ tiri sparati u anke splużjoni.
Qed jiġi rrapportat li l-aggressur miet, madankollu għadu mhux magħruf x’kienet il-kawża tal-mewt u lanqas l-identità tal-aggressur.