Aktar minn nofs miljun persuna fl-Istat Amerikan ta’ Oregon qed jevakwaw djarhom minħabba nirien kbar li qed jaħkmu l-Istat. Qed jiġu rrappurtati mal-mitt każ ta’ nirien fi 12-il stat fin-naħa ta’ fuq tal-Amerika, kkawżati minn temperaturi għoljin u riħ li mhux jgħin fis-sitwazzjoni.
Il-Gvernatur ta’ Oregon, Kate Brown qalet li s’issa għadu mhux magħruf kemm mietu nies, madanakollu hemm erba’ fatalitajiet ikkonfermati.