Tifel ta’ sitt snin jispara lill-għalliema tiegħu wara argument bejniethom.
L-isparatura seħħet fil-klassi u s’issa għadu mhux identifikat kif it-tifel kiseb l-arma tan-nar, li qed jiġi rrapportat li hija shotgun. Uffiċjal tal-pulizija tal-Istat ta’ Virginia qal li din l-isparatura kienet intenzjonata.
L-għalliema, li għandha madwar 30 sena sofriet ġrieħi serji.
L-uffiċjal żied jgħid li l-iskola, li fiha jattendu 550 student, għandha metal detactors iżda mhux kull student jiġi ċċekkjat kuljum.