Maltempata qalila u tromba tar-riħ ħallew ħerba sħiħa fin-Nofsinhar tal-Istati Uniti wara li qatlu tliet persuni f’Louisiana.
Dan il-maltemp ħalla wkoll mal-għaxart elef persuna bla dawl fid-djar tagħhom.
Fl-Louisiana, l-uffiċjali s’sissa kkonfermaw tliet imwiet u għexieren sofrew ġrieħi gravi.
F’wieħed mill-inċidenti, mara ta’ 56 sena minn New Orleans mietet wara tromba tar-riħ qerditilha darha.
Ma’ midja internazzjonali, raġel li esperjenza din it-tromba qal li kienet l-għar esperjenza ta’ ħajtu wara li kien bilqiegħda fil-karozza tiegħu u t-tromba tar-riħ għollietu ‘l fuq.