L-uffiċjal tal-pulizija Kim Potter, li erbat ijiem ilu, qatlet lill Daunte Wright żagħżugħ ta’ 20 sena, ġiet akkużata b’omiċidju.
Potter flimkien ma’ Tim Gannon, il-Kap tal-Pulizija f’Brooklyn Center, irriżenjaw.
F’konferenza tal-aħbarijiet Gannon kien qal li Potter qatlet liż-żagħżugħ bi żball għaliex kienet qabdet u sparat pistola b’oħra, li wasslet għall-mewt ta’ Wright.
Intant, l-Avukat tal-familja Wright qal li l-qtil kien intenzjonat u li l-pulizija użat il-forza fuq ċittadin b’mod illegali.
Dan il-qtil wassal għal numru ta’ protesti kif ukoll vjolenza fil-konfront tal-pulizija.