15-il persuna tilfu ħajjithom kawża ta’ għargħar li għerreq toroq f’Kentucky. Fil-fatt, wara jiem ta’ xita ma taqa’ xejn, bosta djar spiċċaw mgħerrqa, toroq inbidlu fi xmajjar u l-ixmajjar imfawrin.
Fil-fatt, ħaddiema tas-salvataġġ kellhom jużaw ħelikopters u dgħajjes sabiex isalvaw lil għexieren ta’ nies maqbuda fil-maltemp. Il-ħidma ta’ salvataġġ għadha għaddejja, minkejja li fl-aħħar jumejn din kienet ta’ sfida.
Il-maltempata ħalliet impatt fuq il-provvista tal-elettriku, tant, li mat-23,000 residenza jinsabu bla dawl, kif ukoll ħsarat infrastrutturali li x-xogħol fuqhom se jieħu fit-tul.