Instab katavru li jaqbel mad-deskrizzjoni tat-tfajla rrapportata nieqsa Gabby Petito. L-FBI għadha għaddejja bit-testijiet forensiċi biex jiddeterminaw 100% jekk il-fdalijiet umani humiex tat-tfajla.
Petito ta’ 22 sena ġiet irrapportata nieqsa wara li hi flimkien mal-għarus tagħha Brian Laundrie marru fil-Park Nazzjonali Grand Teton f’Wyoming l-Amerika.
Il-ġisem instab fl-istess park minn grupp ta’ persuni li bdew ifittxu għal Petito.
F’konferenza tal-aħbarijiet, l-Aġent tal-FBI Charles Jones tenna li għalissa l-kawża tal-mewt għadha mhix determinata.